Il-Volontarjat Tal-BOV Ikabbar L-Impatt Fil-Komunità B’Aktar Minn 5,000 Siegħa Ta’ Għajnuna

Imniedi f’Marzu 2024, il-programm ta’ volontarjat tal-Bank of Valletta (BOV) kompla jikber b’mod konsistenti u fl-2025 laħaq tragward ġdid sinifikanti. Matul is-sena li għaddiet, l-impjegati tal-Bank ikkontribwixxew aktar minn 5,000 siegħa ta’ volontarjat, b’645 impjegat jieħdu sehem f’68 inizjattiva differenti, żieda ta’ 47% fil-parteċipazzjonimeta mqabbla mal-2024.

Permezz ta’ dan il-programm, l-impjegati tal-BOV taw appoġġ konkret lil diversi għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fis-setturi soċjali u ambjentali. Tul l-2025, voluntiera tal-Bank xammru l-kmiem u offrew l-għajnuna tagħhom f’diversi attivitajiet prattiċi, fosthom mas-Soup Kitchen fejn assistew fil-preparazzjoni u s-servizz tal-ikel lill-mistednin.

Impjegati oħra taw kontribut lil Caritas permezz ta’ xogħol ta’ manutenzjoni biex jitjiebu l-ispazji ta’ barra għar-residenti. Il-volontarjat tal-BOV infirex ukoll għal inizjattivi nazzjonali fit-tul, inkluża l-kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank, fejn il-kollegi għenu fil-proċess tal-għadd tal-flus biex jiġi assigurat li l-kampanja tasal b’suċċess fl-aħħar fażijiet tagħha. Barra minn hekk, l-impjegati appoġġjaw ukoll organizzazzjonijiet bħal Puttinu Cares, u b’hekk il-programm kompla jilħaq bżonnijiet differenti fil-komunità.

Dawn l-isforzi huma parti mill-impenn tal-Bank fil-qasam tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (CSR), li permezz tiegħu NGOs jibbenefikaw minn appoġġ dirett u prattiku minn voluntiera tal-Bank. L-organizzazzjonijiet fil-komunità laqgħu b’entużjażmu dan l-appoġġ, li jgħinhom javvanzaw il-missjoni u l-ħidma tagħhom ta’ kuljum.

Minbarra l-impatt fil-komunità, il-programm qed isaħħaħ ukoll il-kultura interna tal-Bank billi jlaqqa’ flimkien kollegi minn rwoli u funzjonijiet differenti madwar skop komuni, filwaqt li jippromwovi l-empatija, l-inklużjoni u r-responsabbiltà soċjali.

Meta kkummenta dwar dawn l-inizjattivi, Ernest Agius, Kap Eżekuttiv tal-Operazzjonijietqal:“L-ESG isir reali meta narawh fil-prattika. Il-volontarjat jagħti l-opportunità lill-kollegi tagħna joħorġu fil-komunità u jappoġġjaw organizzazzjonijiet li qed jagħmlu xogħol vitali kuljum, filwaqt li nibnu relazzjonijiet b’saħħithom mal-komunitajiet tagħna.”

Min-naħa tiegħu, Ray Debattista, il-Kap Eżekuttiv tar-Riżorsi Umani u l-Kultura, żied jgħid: “Billi noħolqu spazju għall-volontarjat, inkunu qed ninvestu fis-sostenibbiltà soċjali u nibqgħu leali lejn il-valur tal-inklużjoni. Iż-żieda fil-parteċipazzjoni turi li l-impjegati tagħna jridu jkunu parti minn impatt reali — xi ħaġa importanti kemm għall-komunità kif ukoll għallkulturatal-Bank.”

B’ħarsa ’l quddiem, il-Bank of Valletta se jkompli jibni fuq dan il-momentum flimkien mal-imsieħba fil-komunità, billi jappoġġja opportunitajiet ta’ volontarjat li jikkorrispondu mal-prijoritajiet tal-ESG u jwasslu valur konkret fejn l-aktar ikun meħtieġ.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI