Illum niċċelebraw Jum l-Aħwa, ġurnata ddedikata biex nirringrazzjaw u napprezzaw lil dawk li jkunu magħna sa mill-bidu tal-ħajja tagħna.
L-aħwa huma aktar minn sempliċi familja, huma l-ewwel ħbieb tagħna, dawk li naqsmu magħhom l-isbaħ memorji tat-tfulija, u ħafna drabi wkoll dawk li jibqgħu magħna fil-mumenti diffiċli. Minn ġlied żgħir għal daħk bla waqfien, ir-relazzjoni bejn l-aħwa hija waħda unika u speċjali.
Din hija l-okkażjoni perfetta biex tiftakar kemm huma importanti f’ħajtek. Messaġġ sempliċi, telefonata jew anke tislima żgħira jistgħu jfissru ħafna aktar milli taħseb.
Illum, għid grazzi lil ħutek u uri kemm tħobbhom u jekk trid tagħmel din il-ġurnata aktar speċjali, ittaggja lil ħuk jew lil oħtok fil-kummenti u għidilhom kemm ifissru għalik!