“Illum Niċċelebraw Lill-Isbaħ Mara Tad-Dinja… Qalbek Tajba, Umli U Rispettata Minn Kulħadd.” – Jade Cini F’Għeluq Snin Ommha

Il-mudella lokali Jade Cini taqsam messaġġ mill-isbaħ f’għeluq snin ommha. Messaġġ mimli mħabba u għożża. Jade tibda billi tikteb, “Illum niċċelebraw lill-isbaħ mara tad-dinja. Kull min jafek jikkonferma kemm hu veru għax mhux biss sabiħa minn barra imma akkost ta’ kollox dejjem bqajt sabiħa ukoll minn ġewwa. Qalbek tajba, umli u rispettata minn kulħadd.”



Jade żżid, “Dejjem taħseb f’ħaddieħor u tara li ta’ madwarek kuntenti. L-aktar ħaġa prezzjuża għalik hija l-familja u nwegħdek li ħadd u xejn mhu ser jifred dak li rnexxielek iżżomm magħqud int dawn l-aħħar tletin sena.”



Jade tkompli, “Grazzi ma, avolja mhux biżżejjed għal dak kollu li tagħmel magħna f’ħajjitna ta’ kuljum. Talli dejjem tinkwieta u nsibuk hemm f’kull ċirkustanza tkun xi tkun. Grazzi talli tħobb lil binti bi mħabba tal-ġenn u għalkemm dejjem niġri wara l-ħin, inħoss il-ħin jieqaf miegħek għax Mae tħobbok wisq.”

Hi ttemm bil-kliem, “Awguri minn qalbi, inħobbok għal dejjem ma.” F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat illum u dejjem, nittamaw li jkollha sena pożittiva mimlija mħabba u għożża.



Ritratti:

Facebook / Jade Cini

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI