Illum qed jiċċelebra għeluq sninu Mark Haber, attur li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni. Miżżewweġ lil Eileen Montestin li permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha għaddietlu messaġġ ħelu fejn qalet, “L-għeluq it-tajjeb lill-mentor tiegħi, lill-ħabib tiegħi, lir-raġel tiegħi, kollox tiegħi. Awguri f’għeluq sninek, Mark.”
Rajnih f’diversi sensiliet bħal Becky, Deja Vu, It’s Morris, F’Baħar Wieħed, fost oħrajn. Rajnih ukoll f’diversi prodzzjonijiet teatrali bħal ngħidu aħna The Green Light.
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlu jum mill-isbaħ!