Illum huwa jum għeluq snin l-attriċi u preżentatriċi bravissima Romina Bonaci. Lil Romina llum il-ġurnata narawha b’mod regolari fuq l-istazzjon F Living fejn flimkien ma’ żewġha Karl sikwit tippreżenta għadd ta’ programmi tat-tisjir fost oħrajn.
Wieħed mill-ikbar suċċessi ta’ Romina fit-televixin Malti kien proprju lura fis-snin disgħin meta ħadet sehem fis-soap opera popolari Ipokriti u fih kienet għamlet il-parti ta’ Norma.
Xi snin wara kienet ukoll interpretat il-karattru ta’ Flavia fis-sensiela komika One Star Hotel. Din is-sensiela tant kienet kisbet suċċess li fix-xhur riċenti ssemmiet ukoll il-possibbiltà li tirritorna b’episodji ġodda fuq it-televixin.
Matul is-snin Romina ħadet sehem ukoll f’produzzjonijiet oħrajn fosthom Becky The Return.
Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Romina f’għeluq sninha!
Facebook / F Living