Il-ġenerożità tal-poplu Malti ntweriet għal darb’oħra waqt il-maratona tal-bieraħ ta’ Puttinu Cares. Fil-fatt, inġabret is-somma sabiħa ta’ €3,311,391. Il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu Cares kitbet ringrazzjament lil kull min ta sehmu.
“Grazzi, grazzi, grazzi!” huma kitbu. “Illum urejtu x’inhi l-vera mħabba. B’qalb waħda u b’idejn magħquda, ġbarna s-somma ta’ €3,311,391.”
“Għax kull donazzjoni tagħkom kienet raġġ ta’ tama għal dawk li verament għandhom bżonn. Intom il-qalb ta’ Puttinu. Grazzi minn qalbna.”
Facebook / Puttinu Cares