Fuq il-paġna ‘Malta, News, Photos and People’ ixxerred messaġġ ta’ mara Maltija Josette Schembri, li ġiet evakwata qawwija u sħiħa flimkien mal-familja tagħha minn Dubai.
Hi kitbet, “Illum wasalna d-dar, wara tmint’ ijiem ta’ qtigħ ta’ qalb kbira li l-familja mintix se taraha iktar. Min iġarrab ikun jaf. Grazzi tal-messaġġi ta’ kuraġġ mingħand l-għeżież ħbieb. Kien hemm messaġġi li jweġġgħuk ukoll iżda ngħidilhom j’Alla ma tgħaddux minn dan. Nixtieq nirringrazzja lill-ambaxxatriċi ta’ Dubai, Maria Camilleri Calleja u lil Patricia li għenuna kemm felħu lejl u nhar.”
Irringrazzjat ukoll lill-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela, lill-Ministru Ian Borg, lill-Ministru Julia Farrugia, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg, lil Toni Bezzina, u lit-tim ta’ Roberta Metsola.
Facebook / Malta, News, Photos and People