Il-Membru Parlamentari Rebekah Borg b’qalb maqsuma sellmet lil nannitha l-għażiża.
Hi kitbet, “U hekk, f’lejliet Jum il-Mara, l-iktar mara b’saħħitha li naf tħalli din id-dinja. Int għallimtni xi tfisser ir-reżiljenza u li ma ġġibx skużi. Is-sibt kont inqattgħu d-dar tiegħek mal-kuġini kollha flimkien nieklu l-minestra tiegħek. Fl-Għid konna nagħmlu l-figolli, u fit-tmienja ta’ Diċembru konna nilbsu l-isbaħ ħwejjeġ tagħna għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.”
Żiedet tgħid, “Awguri f’Jum il-Mara fil-ġenna Nanna. Inti l-veru tifsira ta’ dan il-jum. Inħobbok u għal dejjem inġorr f’qalbi l-memorji tagħna flimkien. Insellimlek għalissa.”
Tistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-missier. Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lil Rebekah u l-familja kollha tagħha.
Facebook / Rebekah Borg