Ilkoll konna nafu li llum kienet se niġu maħkuma minn ħalbiet tax-xita, hekk kif imbassar, il-Gżejjer Maltin huma mdawra bil-maltemp. Iżda l-affari żvolġiet mod ieħor. Il-paġna tal-Facebook, Aġġornament tat-temp, tkellmet dwar dan.
“Imdawrin bil-maltemp, konna u għadna,” huma kitbu. “Interessanti l-fatt li dan mhux jersaq lejn l-art. Dan baqa’ fejn kien u għalhekk jista’ jagħti l-fatt li dan ma jaqbadx l-art.”
“Meta jkollok maltemp li jibqa’ mwaħħal f’post wieħed, jista’ jitlef mill-intensità bil-possibbiltà kbira li għalkemm imdawrin bil-maltemp, dan nispiċċaw li jkun jaqbiżna.”
“Illum kienet mistennija ġurnata xita! Nisperaw li nieħdu xi ħaġa għax jekk jibqa’ mwaħħal fil-Lbiċ, il-possibbiltà tibda tonqos kompletament,” huma komplew jgħidu.
AĠĠORNAMENT:
Hekk kif bdiet ix-xita ftit tal-minuti ilu, l-paġna Aġġornament tat-Temp kitbet dan, “Jinbidel ir-riħ u tibda x-xita.”
Facebook / Aġġornament tat-Temp