Peppi Azzopardi mhux biss huwa personalità maħbuba għall-ħiliet tiegħu fit-telepreżentazzjoni iżda wkoll għall-involviment tiegħu f’L-Istrina matul is-snin. Pawlu Borg Bonaci kiteb xi kliem mill-isbaħ dwar dan.
“Tista’ tghid li trid fuq Peppi Azzopardi, tista’ ma taqbillx miegħu, tikkritikah, idejqek – imma ħaġa waħda hi certa, li Peppi jagħti qallbu, moħħu u saħħtu għal dak li jemmen fih u jgħamilha b’imħabba u b’dedikazzjoni kbira,” hu kiteb.
“Jien dejjem għidt u nqisu bħala it-tieni missier, għax Peppi tagħni ħafna. Kien għalliem tajjeb u kien jgħallem bl-eżempju, biċ-ċajt, bil-ġenn ta moħħu imma b’dedikazzjoni kbira. Peppi kien il bniedem li emmen fija u tellagħni fuq il-palk l ewwel darba fil-1989 flimkien ma’ Vince Fabri u Joe Saliba, u bdieli vjaġġ li s’issa għadni nivvjaġġa u kliemu u t-training teatrali tiegħu għadhom jiddwu f’widnejja sal-lum.”
“Kull parir li tani, anke meta widdibbni, kien ghax Peppi ma jaf xejn aktar ħlief jagħti.
Jien kont inbati bl-asthma, kont inkun ħażin ħafna. kull filghodu Peppi kien jittawwalli fil-klassi biex jara kif jien u meta kont ngħidlu ħażin, li kienet tkun spiss, kien itellagħni l-isptar biex nieħu n-nebulizer, jibqa’ ħdejja u kien jagħmilli kuraġġ. Kont inhossni safe ghax hemm Peppi. Kif nista’ ma nibqax grat?”
Facebook / Pawlu Borg Bonaci