Johan Mifsud ippubblika filmat ta’ memorji speċjali mmens, li żgur se tibqa’ mnaqqxa f’qalbu għal dejjem. Minkejja li kellu ħafna xjagħmel, hu għażel li jwaqqaf kollox u jmur jagħmel memorja sabiħa ma’ nanntu li jħobb tant.
Hu spjega, “Il-figolla tajba ħafna… imma l-aħjar parti dejjem tkun il-mumenti miegħek. Fil-ġimgħa li ġbidt dan il-video kont vera mgħaffeg bix-xogħol u ma kontx naf kif se nlaħħaq ma’ ħajti… imma meta nħares lura, ngħid sew għamilt li tlaqt kollox u ġejt nagħmel dan il-video. Għax għal ftit sigħat insejt il-problemi kollha u ħadt ftit nifs — u żidt mal-lista tal-memorji sbieħ li għandna flimkien. Inħobbok ħafna nanna tiegħi.”
L-espressjoni ħelwa fuq wiċċhom turi biċ-ċar l-imħabba li għandhom għal xulxin. Dan il-ġest ħelu jfakkarna napprezzaw lin-nanniet tagħna, u nagħmlu dawn il-memorji speċjali magħhom.
Facebook / Johan Mifsud