Fuq il-mezzi soċjali tħabbret il-mewt tat-tenur Furjaniż Arthur Micallef. Kienu bosta nies li sellmu l-memorja tiegħu fuq il-mezzi soċjali.
Fosthom Bernard Busuttil li kiteb, “Illum ħalliena l-ħabib tagħna t-tenur Arthur Micallef, li kantajt għal ħafna snin miegħu mal-Cappella Diacono Malta. Xtaqt naqsam magħkom dan it-Tantum Ergo li kien sinonimu ma’ Arthur, u li bħal sħabi, tgħallimnih mingħandu.”
Hu jkompli, “Arthur kien bniedem qalbu tajba, li dejjem sibtu ta’ inkoraġġiment. Il-Mulej u San Publiju jilqgħuk fi ħdanhom, ħabib. Nitolbu għal ruħek u għall-familja sabiħa tiegħek f’dawn il-mument ta’ diqa.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja tiegħu u nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha tiegħu.