Inħarġu Madwar 500 Taħrika Għal Sewqan Eċċessiv Ta' Aktar Minn 15-il Km Fis-Siegħa ‘Il Fuq Mil-Limitu.

Fuq il-paġna uffiċjali The Malta Police Force, ġew ippubblikati każijiet relatati ma’ ksur tar-regoli tas-sewqan. Matul il-lejl, aktar sewwieqa qed jieħdu vantaġġ u jsuqu b’veloċità eċċessiva, minħabba n-nuqqas ta’ vetturi li jkunu għaddejjin.

“F’Ġunju u Lulju, bejn it-20:00 u l-04:00, inħarġu madwar 500 taħrika għal sewqan eċċessiv ta’ aktar minn 15-il km/h ‘il fuq mil-limitu. Fost dawn, tliet sewwieqa nqabdu jinstaqu b’veloċitajiet ta’ 159km fis-siegħa, 156km fis-siegħa u 148km fis-siegħa f’żona b’limitu ta’ 70km fis-siegħa.”

Hemm bżonn li nkunu aktar kawti għas-sigurtà tagħna nfusna u ta’ ħaddieħor.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI