"Inħoss Tant Ferħ u Unur Kbir Meta Ngħid Li Jien Ibnek" – Sebastian Calleja Lill-Għażiż Missieru F'Għeluq Sninu

Il-kantant lokali Sebastian Calleja kiteb fuq il-profil tiegħu l-messaġġ f’għeluq snin l-għażiż missieru. Apparti x-xewqat sbieħ, Sebastian kiteb dwar kemm hu kburi b’missieru u kemm jara fih raġel li dejjem ħabb lill-familja u poġġieha l-ewwel.

“Qatt ma ħsibt għall-interessi tiegħek stess biex taqdi l-bżonnijiet tagħna. Inħoss unur kbir meta ngħid li jien ibnek, għar-raġel mill-aqwa li int! Awguri f’għeluq sninek. Inħobbok Pa.” Xerred anke ritratt mill-isbaħ tagħhom it-tnejn li ċertament iġorr miegħu sentimenti sbieħ.

Minn qalbna f’isem Gwida.mt nawguraw lil missier Sebastian aktar snin ta’ saħħa, hena u dak kollu li tixtieq qalbu!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI