Influwenza Aktar Qawwija Din is-Sena? X’Qed Jgħidu l-Esperti

Din ix-xitwa f’Malta qed tiġi osservata żieda notevoli f’każijiet ta’ mard respiratorju, fosthom l-influwenza, li din is-sena bdiet tinfirex aktar kmieni mis-soltu. Skont informazzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa, madwar 300 persuna fittxew kura fl-Emerġenza ta’ Mater Dei b’sintomi relatati ma’ infezzjonijiet respiratorji, inkluż il-flu. Il-livell ta’ hospitalizzazzjonijiet qed jiżdied meta mqabbel mas-sena li għaddiet, b’impatt akbar fuq tfal żgħar u persuni anzjani.

L-esperti qed jindikaw li din iż-żieda hija marbuta ma’ diversi fatturi, fosthom bidliet fil-virus innifsu, immunità ġenerali aktar dgħajfa, u aktar ħin imqatta’ ġewwa f’ambjenti magħluqa minħabba t-temp kiesaħ u l-festi tal-Milied. Fattur ieħor importanti huwa li r-rata ta’ vaċċinazzjoni mhijiex għolja biżżejjed biex tillimita t-tixrid tal-marda.

Il-varjant l-aktar mifrux fl-Ewropa, u dak li qed jiġi osservat ukoll f’Malta, huwa Influenza A (H3N2), magħruf bħala subclade K. Dan il-virus qed jinfirex b’pass aktar mgħaġġel minn strains preċedenti, iżda skont l-esperti mhuwiex meqjus aktar perikoluż.

Il-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tkompli tissorvelja s-sitwazzjoni u tenfasizza l-importanza tal-vaċċinazzjoni u l-iġjene biex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni. Hu rakkomandat li l-poplu jieħu l-vaċċin tal-influwenza, iżomm prattiki tajbin ta’ ndafa, u jfittex parir mediku jekk is-sintomi jkunu severi jew ma jonqsux. Fix-xhur li ġejjin, l-influenza mistenni jkompli jiċċirkola, għalhekk il-prevenzjoni tibqa’ kruċjali.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI