Illum tagħlaq għeluq sninha l-kantanta lokali Megan May Caruana. Bosta kitbulha messaġġi biex jawgurawlha, fosthom l-għażiż Missierha.
Hu kitbilha, “Awguri f’għeluq sninek Megan, il-ġurnata speċjali għalik. J’Alla jkollok dak kollu li tixtieq qalbek. Grazzi ta’ kemm tieħu ħsiebi. Inħobbok Megan.”
Hi tassew apprezzat il-messaġġi kollha u kitbet messaġġ ta’ ringrazzjament , “Inħossni emozzjonata bil-messaġġi ħelwin u sbieħ tagħkom għal għeluq snini!! Qed nagħmel mill-aħjar li nista’ biex inwieġeb lil kulħadd. Grazzi ħafna ħafna. Inħossni veru maħbuba!!”
Żiedet tgħid, “Bħalissa qed nistudja ħafna għall-eżamijiet. Itolbu għalija! Inħobbkom ħafna xxx”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha mill-qalb f’għeluq sninha. Nisperaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ u nawgrawlha għal ferm iktar snin ta’ mħabba u ferħ!
Facebook / Megan May Caruana