Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Madonna tal-Karmnu qasmu sellmu l-memorja ta’ Rita Delmar li ħalliet din id-dinja riċentament.
Qalu, “Insellmu l-memorja ta’ Rita Delmar min Triq Ġafar li ħalliet din il-ħajja biex tmur tiltaqa’ mal-Mulej Ġesù Kristu Sidna. Lura fis-snin 90, Rita kienet strumentali biex ġabret il-flus biex saru l-pavaljuni tat-triq li wara 33 sena għadhom jintramaw sal-lum. Kull nhar ta’ Sibt kienet tħabbat il-bibien biex issir dan il-ġbir.”
Żiedu jgħidu, “L-aħħar tislima lil Rita se tingħata nhar is-Sibt li ġej 21 ta’ Marzu fil-11.30am fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, Balluta. Kondoljanzi lill-familja. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. Amen.”
Kondoljanzi lill-familjari kollha.