Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, Lisa Fino qasmet l-istorja ta’ mara b’saħħitha u ta’ ispirazzjoni, Derya, li bħalissa qed taffaċċja l-aktar sfida diffiċli f’ħajjitha.
Derya “instabilha kanċer stadju 4 u ma tistax taħdem…” – Avolja qed taffaċċja t-tbatija u d-diffikultajiet, qed tkompli turi kuraġġ, determinazzjoni u dinjità kbira li qed iservu ta’ ispirazzjoni għal dawk kollha ta’ madwarha.
Inħoloq fond ta’ ġbir ta’ donazzjonijiet fejn il-pubbliku hu mistieden jagħti donazzjoni għall-ispejjeż tat-trattament mediku li se taffaċċja Derya, għall-kura fid-dar, mediċini, kif ukoll spejjeż ta’ kuljum.
Kif ngħidu dejjem, donazzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza f’ħajjet din il-mara. Tkun qed tgħin anke jekk tagħfas SHARE ta’ dan l-appell.
“Ejjew nuru lil Derya li mhix waħedha f’din il-battalja.” Kuraġġ Derya!
Facebook/ Derya Satariano PT