Żieda Fl-Għadd Ta’ Karozzi Pparkjati Mingħajr Permess Fil-Parking Iddedikat Għal Persuni B’Diżabbiltà

Fost persuni b’diżabilità qed jiżdied it-tħassib kif ukoll id-diżappunt hekk kif matul dawn l-aħħar xhur ġie osservat li iżjed persuni qed jipparkjaw mingħajr permess f’dawk l-ispazji iddedikati appuntu għalihom.

Bit-tama li tqajjem kuxjenza dwar kemm attaġjament bħal dan huwa wieħed irresponsabbli, omm li għandha binha b’diżabbiltà tkellmet mas-sit Lovin Malta.

Hi rrakkontat episodju li għaddiet minnu riċentament meta marret f’ċentru tal-kummerċ f’Tas-Sliema u sabet li kien hemm madwar seba’ vetturi pparkjati mingħajr permess f’dawk il-kaxxi li fihom suppost jipparkjaw biss persuni b’diżabilità.

L-omm tkellmet dwar il-konsegwenzi li familji b’diżabbiltà jkollhom jaffaċjaw minħabba f’hekk. Spjegat kif f’dan l-episodju partikolari spiċċat ma kelliex biżżejjed spazju sabiex tkun tista’ tniżżel ir-rampa, ħalli binha li juża s-siġġu tar-roti jkun jista’ jitla fil-karozza.







Ritratti:

Facebook / Marilyn Borg u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI