“Ippruvaw Agħżlu S-Sempliċità. Il-Ħajja Diġà Mimlija Pressjoni U Ġirja Kontra L-Ħin” – Dr Donatella Agius

Il-psikoloġista Dr Donatella Agius spjegat fuq xiex għandna niffukaw f’din is-sena l-ġdida biex nieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħna.

Hi spjegat, “Hekk kif nidħlu f’sena ġdida, nixtieq naqsam dan magħkom mill-qalb. Ippruvaw agħżlu s-sempliċità. Il-ħajja diġà mimlija pressjoni u ġirja kontra l-ħin — m’hemmx għalfejn nagħmluha iktar tqila billi noħolqu aspettattivi jew affarijiet li fil-verità mhumiex importanti. Ħudu ħsieb is-saħħa mentali tagħkom. Hija importanti daqs is-saħħa fiżika, u s-saħħa tagħkom għandha dejjem tiġi l-ewwel — qabel kollox. Ħu ftit ħin biex tapprezza dak li diġà għandek. Il-mumenti żgħar, is-saħħa, u l-progress li għamiltu — anke fil-jiem li kienu diffiċli.”



Żiedet tgħid, “Jekk ċerti relazzjonijiet jġiegħluk tħossok anzjuz jew mhux biżżejjed, hu tajjeb li tieħu pass lura jew titbiegħed. Li tipproteġi l-paċi tiegħek mhix egoiżmu — hija bżonn. U jekk qed tħossok qed tissielet, ftakar f’dan: m’għandekx għalfejn tgħaddi minn dan kollu waħdek. Li tfittex l-għajnuna huwa sinjal ta’ saħħa, mhux ta’ dgħufija, u l-appoġġ jista’ jagħmel differenza kbira. Kun ġentili miegħek innifsek din is-sena. Pass wara pass… u kull wieħed huwa biżżejjed.”





Ritratti:

Facebook / Dr Donatella Agius – Psychiatrist

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI