Ir-Rebbieħa Ta’ Mużika Mużika Hija Jasmine Bil-Kanzunetta ‘Nistaqsi’

Il-kantanta Jasmine, bil-kanzunetta tagħha “Nistaqsi”, kisbet l-ewwel post fis-sitt edizzjoni tal-festival Mużika Mużika. Il-finali saret ilbieraħ filgħaxija fl-MFCC f’Ta’ Qali, fejn 16-il kanzunetta waslu sal-aħħar fażi f’ċelebrazzjoni tal-lingwa Maltija.

Il-festival beda l-Ħamis, meta ġew ippreżentati għall-ewwel darba s-16-il kanzunetta parteċipanti. L-għada, il-Ġimgħa, saret serata speċjali ddedikata għall-klassiċi Maltin, fejn il-finalisti kantaw flimkien ma’ artisti stabbiliti interpretazzjonijiet ta’ kanzunetti magħrufa.

Ir-riżultat finali ġie deċiż permezz ta’ votazzjoni li inkludiet kemm il-pubbliku preżenti fis-sala u t-telespettaturi permezz tal-SMS, kif ukoll il-ġurija.

Il-kompetizzjoni intemmet ilbieraħ bis-serata finali, fejn il-parteċipanti reġgħu esegwew il-kanzunetti oriġinali tagħhom, u fl-aħħar intgħażlet “Nistaqsi” ta’ Jasmine bħala r-rebbieħa.

Il-kanzunetta ‘Niftakarna’ ta’ Daniel Cauchi ġiet fit-tieni post filwaqt li l-kanzunetta ‘Int u Jien’ ta’ Kevin Paul ġiet fit-tielet post.







Ritratti:

Facebook / Mużika Mużika

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI