Ir-Rebbieħa Tal-Eurovision Tal-2022 Kalush Orchestra Se Jtellgħu Kunċert F’Malta Fl-2026

Ir-rebbieħa tal-Eurovision Song Contest tas-sena 2022 Kalush Orchestra se jkunu qed itellgħu kunċert ġewwa Malta bħala parti mit-tour internazzjonali tagħhom. Skont stqarrija uffiċjali, f’Jannar tal-2026 se jibda t-tour grandjuż ta’ kunċerti tal-band, li għalih ħejjew programm ġdid kompletament, akkumpanjat minn viżwali spettakolari u dehra mġedda.



Huma se jkunu qed jesebixxu l-mużika tagħhom fl-20 ta’ Frar fit-Teatru Salesjan f’Tas-Sliem. Il-band qalet li tinsab lesta tissorprendi lill-partitarji tagħha b’ħoss ġdid. “Ħdimna ħafna fuq materjal ġdid u esperimentajna mhux ftit. Ridna li l-kanzunetti tagħna jinstemgħu kemxejn differenti: iġorru aktar tifsira u jwasslu emozzjonijiet varji. Narakom fil-belt tagħkom,” qalu l-membri tal-Kalush Orchestra.



Titħajjar tattendi għall-kunċert tagħhom?



Ritratti:

Facebook / Kalush Orchestra

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI