Hekk kif jagħmlu ta’ sikwit, The National Archives of Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom numru ta’ ritratti li jeħduna sew fiż-żmien.
Wieħed minn dawn ir-ritratti kien proprju tar-regatta ta’ 96 sena ilu fejn huma qalu, “Ir-Regatta tal-Vitorja, 1928. Il-kajjik San Ġużepp b’erba’ qaddiefa li kien rebaħ il-palju 96 sena ilu f’dik il-kategorija. Bormla daħlu fit-tieni u t-tielet post. Dan ir-ritratt huwa parti mill-kollezzjoni ta’ ritratti li Lorraine Mercieca għaddiet lill-Arkivji Nazzjonali. Grazzi Lorraine.”
Permezz ta’ kitba oħra kemmxejn relatata huma qalu, “Jum il-Vitorja, 8 ta’ Settembru. Din il-festa kienet il-Jum Nazzjonali ta‘ Malta sal-Indipendenza. Kuruni mqiegħda mal-munument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt fiċ-ċelebrazzjoni ta’ din il-ġurnata fil-bidu tas-snin sittin. Ir-ritratt huwa parti mill-Kollezzjoini Joseph Mary Vassallo. Nirringrazzjaw lill-familja tiegħu li ddepożitaw din il-kollezzjoni fl-Arkivji Nazzjonali. Grazzi.”
Facebook/The National Archives of Malta