"Irridu Ngħinu Lil Uliedna Jagħżlu Karriera Tajba Għalihom Inkella Jgħixu Ħajjithom Iddisprati" – Howard

Howard Keith Debono, magħruf l-iżjed bħala wieħed mill-ġurija ta’ X Factor Malta, saħaq li hemm bżonn li l-ulied jiġu mgħallma iżjed kif jieħdu deċiżjonijiet għaqlija dwar il-karriera tagħhom sabiex b’hekk ma jsibux irwieħhom jagħmlu xogħol li ma jissodisfahomx u li ma jagħmilhomx kuntenti.

“Meta tikkunsidra li nqattgħu parti kbira mill-ġurnata tagħna x-xogħol, ma tagħmilx sens li tagħmel xogħol li ma jogħġbokx u ma jissodisfakx,” jisħaq Howard.

Hu jisħaq li xorta waħda wieħed jista’ jibdel il-karriera tiegħu jekk din mhijiex tagħtih sodisfazzjon iżda jrid ikun lest għal ħafna sagrifiċċji u sfidi. Debono jisħaq li madankollu huwa importanti li wieħed ifittex il-kuntentizza.





Intom x’taħsbu?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI