Storja li tinsab fuq moħħ kulħadd hija dik ta’ Oliwia, turita mill-Polonja li mietet f’pajjiżna wara li sfortunatament inġarret mill-mewġ fil-maltemp. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Pauline Spiteri Bugeja sellmet il-memorja tagħha.
Hi qalet, “Ħafna ma jemmnux bid-destin, imma povra tifla ġiet apposta tara l-baħar, u kellu jkun il-baħar li ħadha. Li ċċassani li kienu fil-għoli u mhux fit-tarf meta ġiet il-mewġa enormi u ħakmithom! Affarijiet li ma nifhmuhomx.”
Żiedet, “Irridu ngħidulhom lit-turisti, dak li kienu jgħidulna missirijietna, li l-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa. Il-Mulej jgħati s-sabar lil familja tagħha, tistrieħ fis-sliem.”
Facebook/Malta, News, Photos and People