“L-Imħabba Li Nħoss Għalik Illum Hija Ikbar U B’Saħħitha Aktar Minn Qatt Qabel” – Karl Bonaċi Lil Martu Romina.

Il-preżentatur magħruf ta’ F Living, Karl Bonaċi għadu kif qasam messaġġ mill-qalb lil martu Romina Bonaci hekk kif proprju llum qegħdin jiċċelebraw it-33 anniiversarju miż-żwieġ tagħhom.

Lil Karl u Romina narawhom ukoll flimkien fuq ix-xandir u għalhekk is-segwaċi jafuhom dejjem flimkien. Fil-messaġġ tiegħu,Karl iddeskriva s-sentiment li jkun maġenb Romina bħala “l-akbar ferħ fid-dinja”, filwaqt li stqarr li l-imħabba li għandu lejha llum hija aktar b’saħħitha minn qatt qabel. Huwa rrimarka li jħossu tassew ixxurtjat li jista’ jaqsam ħajtu ma’ mara bħalha u għal dan se jibqa’ dejjem ġrat.



Karl żied ukoll li dawn it-33 sena flimkien kienu l-akbar privileġġ ta’ ħajtu u esprima x-xewqa li jkunu mbierka b’ħafna aktar snin flimkien –“id f’id, qalb ma’ qalb”.



Kemm hi sabiħa l-imħabba! Messaġġ bħal dan ma jirriflettix biss l-imħabba ta’ bejn koppja, iżda wkoll ir-rispett, l-għaqda u l-valuri li jinbnew fir-relazzjoni matul is-snin. Ħafna segwaċi awgurawlhom aktar snin mimlija saħħa, paċi u mħabba.



Ritratti:

Facebook/ F Living

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI