“Irridu Nnaddfu T-Toroq U L-Inħawi Residenzjali Tagħna, Anke Minn Attivitajiet Marbuta Mal-Prostituzzjoni” – Jordan Galea Pace

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-viċi sindku tas-Swieqi Jordan Galea Pace tkellem dwar proprjeta li allegatament qed tintuża għall-prostituzzjoni fejn qal li qed jagħmel ir-rapporti meħtieġa.

Hu qal, “Irridu nnaddfu t-toroq u l-inħawi residenzjali tagħna, anke minn attivitajiet marbuta mal-prostituzzjoni. Qed nagħmel ir-rapporti meħtieġa u se nara li tittieħed azzjoni dwar proprjetà li allegatament qed tintuża għall-prostituzzjoni u l-produzzjoni ta’ films għall-adulti, bieb ma’ bieb ma’ familji bi tfal żgħar u anzjani.”

Żied, “Mhux aċċettabbli li r-residenti jkollhom jiffaċċjaw dawn is-sitwazzjonijiet ta’ kuljum f’darhom stess. Is-Swieqi hija żona residenzjali u se naħdem b’ħilti kollha biex inżommuha nadifa u sigura. Inkomplu naħdmu.”

Ritratt:

Jordan Galea Pace
Is-Swieqi Local Council

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI