Il-preżentatur u attur Ingliż Julian Simmons irrakkonta esperjenza misterjuża li sostna li għadda minnha waqt li kien qed joqgħod f'lukanda f'Malta. Waqt intervista fuq il-BBC, Simmons qal li darba minnhom qam filgħodu u lemaħ żewġ sorijiet bilwieqfa ħdejn it-tarf tas-sodda tiegħu. Spjega wkoll kif ftit wara rahom jgħebu fil-ħajt.
L-esperjenza allegatament seħħet fl-Imperial Hotel f'Tas-Sliema li għalqet fl-2017. Simmons sostna li aktar tard sar jaf li l-binja kienet intużat bħala sptar matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
Int temmen fl-iħirsa jew taħseb li hemm spjegazzjoni oħra?
Shane Todd