Is-Servizz Tal-Ġbir Tal-Kontenituri Minn Wara L-Bieb Tad-Dar Estiż Għal Madwar Malta U Għawdex Kollha

Vann għal BCRS

Investiment ta’ €1.2 miljun f’vannijiet ġodda u sistema tal-IT speċjalizzata jwassal biex il-ġbir tal-kontenituri tal-BCRS jinfirex madwar Malta u Għawdex kollha.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield, ħabbret dan, fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv ta’ Circular Economy Malta, l-Inġinier Jason Vella u d-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni, Ramon Deguara.

Ġie spjegat kif minn Lulju li għadda, id-Diviżjoni varat proġett pilota li beda f’20 lokalità u li aktar tard ġie estiż għal 30 lokalità madwar Malta.

Fi żmien biss tmien xhur, b’żewġ vannijiet ta’ single-input, inġabru madwar 1.3 miljun kontenitur, riżultat li juri kemm ir-residenti qed jipparteċipaw f’dan is-servizz.

Il-proġett kien imsaħħaħ bit-twaqqif ta’ call centre b’sistema ta’ IT speċjalizzata żviluppata minn professjonisti Maltin, li tippermetti li l-bookings jidħlu b’mod awtomatiku u li l-operat ikun aktar organizzat u effiċjenti.

Dan ifisser li aktar familji se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn servizz modern li jagħmilha aktar faċli biex in-nies jirriċiklaw u jagħtu s-sehem tagħhom favur il-kawża ambjentali.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI