"Issa Huwa Ċans Tajjeb Li Ngħix Ħajti Bis-Sħiħ u Qatt Ma Nieqaf Napprezza Kemm Jien Xortija Tajba" – L-MP Janice Chetcuti

L-MP Janice Chetcuti għadha kif irritornat lura d-dar wara 20 jum ġewwa l-isptar. Janice xtaqet tuża dan il-mument biex tesprimi l-gratitudni tagħha għall-fatt li irnexxielha tegħleb l-ostakli li affaċċjat, u tinsab lesta biex terġa’ tibda taħdem għall-pubbliku.

Tieħu din l-okkażjoni biex tirringrazzja lil kull min ta l-appoġġ li kellha bżonn fosthom segwaċi, familjari, qraba u ħbieb, lit-tim mediku kollu li ħa ħsiebha kemm damet rikoverata.

Janice tappella lill-pubbliku biex dejjem jieħu ħsieb saħtu u tiegħu nnifsu. Jidher li fil-każ tagħha setgħet kienet agħar l-affari, iżda peress li hi bniedma attiva u żżomm ruħha sana, għenet biex irkuprat aħjar.

Nawgurawlek kull saħħa għażiża!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI