F’Malta se jkun aktar faċli u rħis biex tivjaġġa lejn Sqallija, għax il-kumpanija Porte Ferries nidiet servizz ġdid permezz ta’ fast ferry.
Dan il-vapur se jkun qed jieqaf fil-port ta’ Augusta u l-prezz li wieħed jista’ jivjaġġa bih se jkun dak ta’ €9.99 mingħajr ritorn. Apparti minn hekk, dan il-vapur se jkunu jistgħu jitilgħu vetturi bħal karozzi u anke dawk tal-merkanzija u l-vapur se jkollu wkoll postijiet varji bħal fejn wieħed jista’ jiċċarġja l-apparati elettroniċi u anke żoni għall-annimali.
Il-katamaran se jkun jista’ jgħabbi fuqu sa massimu ta’ 600 persuna.
