"It-18-il Jum Tiegħi L-Isptar… Nibda R-Rutina…" – L-MP Janice Chetcuti

L-MP Janice Chetcuti għaddiet aġġornament dwar is-sitwazzjoni tagħha. Sfortunatament hi għadha l-isptar. Fuq il-mezzi soċjali kitbet, “It-18-il jum tiegħi l-isptar… Nibda r-rutina tas-sbuħija tiegħi, antibijotiċi ġol-vini, nebuliser, pilloli, injezzjonijiet u mbagħad mixi bħala parti mill-fiżjoterapija tiegħi biex nikseb s-saħħa tiegħi.”





Hi żżid tgħid, “Kollox worth it sabiex imur lura għan-normal tiegħi, kuntenta u b’saħħti kif kont f’dan ir-ritratt (filwaqt li jbusni u nkun maħbuba minn Gorg)! Grazzi lilkom kollha tal-ħsibijiet tagħkom, talb, u messaġġi sbieħ …. fl-aħħarnett ġismi qed jirrispondi u jiġġieled lura.”

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawgurawlha l-fejqan ta’ malajr u nittama li l-jum li toħroġ mill-isptar jinsab fil-viċin. Ħalli tingħaqad mal-maħbubin tagħha u tkompli tirkupra bil-mod id-dar. Fi ħsiebna Janice.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI