Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, Animal Welfare Malta kitbu dwar ir-riforma li bdiet fl-2023 u għandha sal-2026, fejn qed jaħdmu biex il-qtates kollha li jiġu salvati, ikollhom spazju sigur.
“Bħala parti mir-riforma kontinwa tal-Animal Welfare, li bdiet fl-2023 u se tintemm fl-2026, ittieħdu bosta passi biex jitjiebu l-faċilitajiet għall-qtates li nħarsu. Dan huwa pass importanti għaliex permezz tiegħu nistgħu noffru ambjent sigur u altrazzat għall-qtates biex b’hekk nassiguraw li sakemm idumu magħna jkunu komdi u mħarsa sew. Filwaqt li aħna kburin bil-progress li sar s’issa, dan hu biss aspett wieħed mill-impenn tagħna favur standards ogħla fil-ħarsien tal-annimali madwar Malta. Flimkien qed nibnu futur isbaħ għall-annimali li għandhom bżonn l-iżjed tal-għajnuna tagħna.”
Prosit tad-dedikazzjoni!