Iz-Zija TT Tiżvela Min Hu L-Aktar Raġel Sexy F'Malta F'Għajnjeha U Minn Fejn Ġie L-Isem Tagħha!

Fl-aħħar programm ta’ Ħadd Għalik, Daniel u Sander kienu qed jikkompetu kontra xulxin u għal darb’oħra kellhom numru ta’ mistednin magħhom. Fosthom kien hemm iz-Zija TT. Wieħed probabbli qed jistaqsi x’għandha x’taqsam iz-Zija TT magħhom.

Jidher li z-Zija TT kienet għamlet xi filmati mad-duo komiku u kienu proprju huma li ħarġu bl-isem taz-Zija TT. Skont iz-Zija TT, kien proprju Sander li ħareġ bih iżda Daniel jew kif aħjar issejjaħlu z-Zija TT Da, baqa’ jistqarr li hu ħareġ bl-isem li llum il-ġurnata sar tant sinonimu mal-Maltin u mal-qarrejja tagħna tal-Gwida.

Waqt l-intervista qasira fl-introduzzjoni tal-programm li wieħed jista’ jsegwi HAWN, iz-Zija TT tgħid li għaliha l-isbaħ raġel ta’ Malta hu bla dubju Sander. Iz-Zija TT mhux l-ewwel darba li stqarret li tħobb irġiel irqaq u jidher li Sander jikkwalifika.

The Fotografer – Facebook / Ħadd Għalik







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI