“Jaf Tkun Qed Tieħu L-Istess Ingredjent Darbtejn U Dan Jista’ Jkun Ta’ Ħsara…” – Appell Biex Niċċekkjaw Il-Mediċini

saħħa

Hekk kif it-temp qed jiksaħ ġmielu, u ninsabu fl-istaġun tal-irjiħat u l-influwenza, nispiċċaw nirrikorru għal diversi mediċini. Importanti li dejjem niċċekkjaw dawn il-mediċini.

“Ħafna minna nużaw mediċini mingħajr riċetta biex inħossuna aħjar. Imma kont taf li ħafna minn dawn il-mediċini jistgħu jkun fihom l-istess ingredjent, bħal paracetamol?”

Il-paġna tkompli, “Meta tieħu aktar minn prodott wieħed kontra l-irjiħat u l-influwenza, jaf tkun qed tieħu l-istess ingredjent darbtejn u dan jista’ jkun ta’ ħsara.”

Importanti li nagħtu kas naqraw it-tikketti bir-reqqa u jekk hemm bżonn nikkonsultaw spiżjar jew tabib, biex tevita li tieħu doża doppja.

Jekk tissuspetta li ħadt doża doppja ta’ xi mediċina, ċempel fuq 1774 għal parir.







Ritratti:

Facebook/ saħħa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI