Ixxerja
L-eks plejer tal-futbol, David Carabott, illum jagħlaq 55 sena. Hu twieled f’Melbourne, l-Awstralja, nhar it-18 ta’ Mejju 1968.
Hu lagħab ma’ disa’ timijiet lokali u mat-tim nazzjonali Malti matul il-karriera tiegħu. It-timijiet li kien jilgħab magħhom huma Marsaxlokk FC, Hibernians FC, Valletta FC, Marsaxlokk FC, Għajnsielem FC, Msida St. Joseph FC, Sliema Wanderers FC, Għajnsielem FC, u Birżebbuġa Windmills.
Fost l-unuri li rebaħ, rebaħ il-kampjonat tal-league tliet darbiet (darbtejn ma’ Hibernians FC u darba ma’ Valletta), l-FA Trophy darbtejn (ma’ Hibernians FC u Valletta FC), il-Lowenbrau Cup darba (ma’ Valletta FC), is-Super Five Tournament darba (ma’ Valletta FC), l-MFA Centenary Cup darba (ma’ Valletta FC), u l-Gozo Football League darba (ma’ Għajnsielem FC).
Ingħata wkoll it-titlu ta’ Rothmans Footballer of the Month tliet darbiet.
Awguri, David!
Facebook / Malta and International Football Collection
Ixxerja
Miktub Minn
Bradley P. D. Cachia
Bħalissa qiegħed insegwi l-kors tal-B.A. fl-Istudji Komunikattivi u l-Malti fl-Università ta’ Malta, wara tlettax-il sena nattendi l-Kulleġġ San Alwiġi. Involut fl-arti, fejn l-involviment tiegħi jvarja mit-teatru għal-letteratura. Ilni midħla tat-teatru mill-2016 u ilni nesperimenta bil-kitba minn tfuliti. Apparti l-aspett artistiku, naħdem ukoll f’diversi organizzazzjonijiet volontarji, fi sferi soċjali differenti.
“Illum Urejtu X’Inhi L-Vera Mħabba” – Puttinu Cares Jiġbru S-Somma Sabiħa Ta’ €3,311,391
Bernard Xuereb
Illum
Il-ġenerożità tal-poplu Malti ntweriet għal darb’oħra waqt il-maratona tal-bieraħ ta’ Puttinu Cares. Fil-fatt, inġabret is-somma sabiħa ta’ €3,311,391. Il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu Cares kitbet ringrazzjament lil kull min ta sehmu.“Grazzi, grazzi, grazzi!” huma kitbu. “Illum urejtu x’inhi l-vera mħabba. B’qalb waħda u b’idejn magħquda, ġbarna s-somma ta’ €3,311,391.”“Għax kull donazzjoni tagħkom kienet raġġ ta’ […]