Il-kunsilliera minn Ħaż-Żabbar issoltu magħrufa għalkemm tgħin lil dak u lil ieħor, iżda llum għaddiet erba’ kelmiet fuq il-profil tagħha dwar kemm il-midja soċjali tista’ wkoll tħalli impatt negattiv fuq dak li jkun.
Angele tikteb, “Il-midja soċjali daqskemm tista’ tkun ta’ ġid illum tista’ tkun ta’ ħsara, kollox idur mal-mezzi soċjali. Illum xi ħadd irid ikun jaf fuq ħajtek faċli kemm jidħol FB. Tfajt CV biex taħdem xogħol ġdid, faċli kemm l-employer jidħol FB u jara x’tip ta’ rittratti u posts wieħed jitfa’, jekk ma jarax li huma serji, qas biss jgħajjatlek għall-interview.”
Angele tagħti eżempji oħra, “ħalliel irid jisraqlek darek faċli kemm jidħol jara jekk tfajtx rittratt li qiegħed imsiefer jew jekk intix id-dar. Persuna trid tara għadekx mal-partner li kellek? Faċli kemm tara kemm ilek ma titfa rittratti magħha/miegħu jew ktibx xi status.”
Hi tkompli żżid, “Il-midja soċjali illum saret tiddetermina d-dinja tista’ tagħmillek ħafna ġid però tista’ tagħmillek ħafna ħsara ukoll ta’. Ġenituri li għandkom tfal minorenni u li għandhom xi tip ta’ mezzi soċjali oqogħdu attenti x’jitfgħu u ma’ min jitkellmu wliedkom, għax dak li f’moħħhom ikun qed jidher ta’ cool u biex inkun bħal sħabi, jista’ jkollu konsegwenzi kbar u serji li saħansitra jidħlu ġo xi sqaq li diffiċli joħorġu minnu.”
Angele tkompli tgħid, “illum imdawrin bi lpup li għal ftit żmien jilbsu libsa ta’ nagħġa għal ftit żmien, sakemm jieħdu dak li jrid. Niltaqa’ ħafna ma’ tfajliet/ġuvintur għadhom żgħar ser jibdew id-dinja, li spiċċaw daħlu ġo xi vizzju qas jafu kif! Jagħmlu ħbieb minn fuq il-mezzi soċjali u ma jkunux jafu dawk in-nies xi jsarrfu.”
Angele ġġib eżempju ta’ dawk it-tfajliet li jiltaqgħu ma’ ġuvintur u dawn il-ġuvintur jispiċċaw jitilgħquhom hekk kif jiskopru li ħarġuhom tqal għax waqgħu għal-logħba tiegħu jew inkella jispiċċaw jidħlu f’xi vizzju jew anke forsi joħroġu ma’ xi raġel li wara jiskopru li hu miżżewweġ.
Tagħlaq billi tgħaddi appell biex dak li jkunu joqgħod b’seba’ mitt għajn x’jixħet, ma’ min jitkellem u anke x’ritratti jtellgħu għax l-iċken żball taf ifisser il-futur ta’ dak li jkun, “dik hi d-dinja li qed ngħixu fiha.”