Jay Iħabbar Li Se Jkollu Programm Tar-Radju Ġdid Fuq L-Istazzjon VIBE

L-eks parteċipant ta' Big Brother Malta Jay Vella għadu kif ħabbar fuq il-midja soċjali li mill-ġimgħa d-dieħla se jkun qed jippreżenta tlett darbiet fil-ġimgħa programm ġdid fuq ir-radju fis-sigħat ta' filgħaxija.

F'iżjed dettall, Jay spjega li l-programm se jkun qed jixxandar kull nhar ta' Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa mis-19:00 sad-21:00.

Filwaqt li ħeġġeġ lill-udjenza tiegħu sabiex tisimgħu kull filgħaxija, l-eks parteċipant ta' Big Brother Malta esprima l-ferħ u l-entużjażmu tiegħu sabiex jibda din l-avventura l-ġdida fil-karriera tiegħu.

Nawgurawlu kull suċċess!

Ritratt:

Facebook / Jay Vella u Big Brother Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI