Jekk Gidmitek Brama Dan Hu X'Għandek U M'Għandekx Tagħmel

Apparti li huwa żmien pjaċevoli għal dawk li jħobbu l-baħar, ħadd ma jieħu gost li jispiċċa b’xi tingiża minn xi brama. Madankollu tajjeb li tkun infurmat b’dak li għandek tagħmel f’każ li sfortunatament tispiċċa b’xi gidma.

Dan hu dak li għandek tkun taf:

  • Laħlaħ bl-ilma baħar biss – tużax ilma ħelu
  • Togħrokx iż-żona affettwata u tapplikax ħall – dan jista’ jiggrava s-sitwazzjoni!
  • Bil-mod neħħi t-tentakli li jibqgħu mal-ġilda b’pinzetta jew b’idejn bl-ingwanti (jekk tuża kard oqgħod attent li ma togħrokx it-tentakli mal-ġilda)

Jekk ikollok xi diffikultà jew teħtieġ aktar informazzjoni ċempel fuq 1774







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI