Ħafna anzjani ‘il fuq minn 85 sena bdew jitlaqqmu kontra l-Covid-19 f’dal-aħħar ġimgħat.
Madanakollu jidher li jista’ jkun hemm xi wħud li għadhom ma rċevewx ittra. Il-paġna uffiċjali Health Promotion and Disease Prevention Directorate ħabbret avviż dwar fejn wieħed għandu jikkuntattja jekk hu anzjan jew jaf lil xi anzjani li għadhom ma rċevew xejn.
“Anzjani li għandhom ’il fuq minn 85 sena u li ma jirċevux l-ittra sal-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla huma mitluba jċemplu 145 sabiex isiru l-arranġamenti neċessarji”

Xerrdu l-avviż għal min forsi għandu xi dubju dwar dan.
Sheba Tel Hashomer/ shebaonline.org