Kif ħafna semgħu l-Prim Ministru tal-Ingilterra Boris Johnson iddeċieda li jsemmi lil pajjiżna waqt id-diskors tiegħu meta qal: “Meta tqabbilna ma’ pajjiżi oħra, aħna l-aktar ħoxnin, apparti l-Maltin għal xi raġuni”. Peppi Azzopardi ħa ħsieb itih tweġiba għal dan.
“Għażiż Boris. Fuq il-ħxuna jekk qed tgħid għalija għandek raġun. Jien u l-maġġoranza tal-Maltin ma ħadniex għalina. Anzi, Illum se nibdew jew bdejna dieta u eżerċizzju. U fi ftit xhur nagħtuk risposta. Grazzi tal-motivazzjoni, Għażiż Boris.”
Fil-fatt f’dak li qal Peppi juri biċ-ċar li dak li qal Boris lilu personali ma jkiddux, anzi jimlieh b’aktar ħeġġa biex itih risposta. Jitkellem f’isem il-maltin kollha u juri li l-Maltin kapaċi jingħaqdu fejn wieħed jipprova jżeblagħhom.
Ħafna qablu ma’ Peppi u ferħulu għar-risposta f’waqtha li ta lill-Prim Ministru Johnson.