Jerġgħu Jimtlew L-Ixkafef Tas-Supermarkets F’Malta Wara Jiem Ta’ Maltemp

L-ixkafef tas-supermarkets Maltin reġgħu imtlew mill-ġdid hekk kif matul dawn l-aħħar jiem sabu rwieħhom vojta minħabba dewmien ikkawżat mill-maltemp u r-riħ qawwi li laqat lil pajjiżna.

Diversi supermarkets fosthom il-Lidl ikkonfermaw li issa l-kunsinni tal-ikel reġgħu qegħdin jaslu fil-ħin u għalhekk l-ixkafef reġgħu imtlew bil-prodotti.



Matul dawn l-aħħar jiem ħafna kienu dawk li lmentaw fuq il-midja soċjali hekk kif meta marru sabiex jagħmlu x-xirja tagħhom sabu għadd ta’ prodotti neqsin. Għaqda Bdiewa Attivi semmiet ukoll kif mumenti bħal dawn jissottolinjaw id-dipendenza ta’ pajjiżna fuq prodotti importati.





Ritratti:

Facebook / Lidl u Facebook / Għaqda Bdiewa Attivi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI