Illum jaħbat għeluq snin il-kantant lokali Sebastian Calleja, li daħal fix-xena mużikali ta’ 11-il sena. Lil Sebastian nafuh anke bħala attur.
Ċertament li ħafna jiftakru lil Sebastian ikanta fuq il-programm popolari Ħadd Għalik, li kien jixxandar kull nhar ta’ Ħadd wara nofsinhar.
View this post on Instagram
Il-kantant lokali rajnieh jikkompeti f’diversi konkorsi, fosthom KKI u L-Għanja Tal-Poplu. Fl-2014 kien iddebutta fil-KKI, bil-kanzunetta Kieku Taf. Dakinhar hu kien ikkompeta fis-sezzjoni Talent Żagħżugħ.
Sebastian ikkompeta fil-KKI fl-2016, 2017 u 2018. Fl-2018 kien kiseb it-tielet post bil-kanzunetta Dak Li Taf.
View this post on Instagram
Rajnieh anke f’L-Għanja Tal-Poplu tal-2017 bil-kanzunetta Mill-Għatba ‘l Barra, fi dwett ma’ Michela Dalli. Fl-2023 hu rritorna fil-festival fi ħdan il-grupp Xelin, bil-kanzunetta O Żmien Ħlejju.
Kien irrappreżenta lil Malta fl-OGAE Eurovision Song Contest 2016 ġewwa Berlin, fejn dakinhar rebaħ bil-kanzunetta Golden Boy.
Awguri mill-qalb Sebastian!
Facebook/ Sebastian Calleja