Jidher Li Fost It-Tliet Każijiet Tal-Lum Kien Hemm Każ Ġo Dar Li Toffri L-Kura

Jidher li fost it-tliet każijiet tal-lum, tnejn mill-persuni li nstabu pożittivi għall-Covid-19 huma bejn l-25 u 29 sena, filwaqt li wieħed jidher li jaħdem f’dar li toffri l-kura ġewwa Ħal Balzan. Din l-informazzjoni ġiet ixxerjata fuq il-paġna ta’ Gerald Fenech Covid19 News Updates.





Tul il-konferenzi li tat il-Professur Charmaine Gauci, kemm-il darbet għamlet referenza għall-fatt li l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa inkluż dawk li jaħdmu fi djar ta’ kura jew djar tal-anzjani huma esposti għal dan il-virus fil-komunità daqs ħaddieħor.

Wieħed għandu dejjem joqgħod attent u jieħu l-passi meħtieġa. Kull meta kien hemm każijiet bħal dawn, id-direttorat tas-saħħa ħa ħsieb li jagħmel il-contact tracing sabiex jara li ma kompliex jinxtered dan il-virus.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI