Għadd ta’ attivisti qed jesprimu l-kundanna tagħhom lejn il-pjan li tħabbar matul dawn l-aħħar jiem li għandu jwassal sabiex titnaqqas il-popolazzjoni tal-ħamiem f’pajjiżna.
Tant hu hekk li issa nfetħet ukoll petizzjoni li s’issa ġabret ‘il fuq minn 100 firma. Din il-petizzjoni qed titlob sabiex din il-pjan ma jitħalliex jieħu l-ħajja.
L-attivist li ħa ħsieb iniedi din il-petizzjoni ddeskriva l-mezzi proposti bħala “inumani, etikalment inaċċettabbli u fuq kollox mhux neċessarji”.
Ħeġġeġ minflok sabiex jissaħħaħ programm ta’ użu ta’ kontraċettiv fost il-ħamiem li diġà tnieda matul dawn l-aħħar snin. Semma li dan il-pjan kien għen sabiex titnaqqas il-popolazzjoni tal-ħamiem b’mod responsabbli.
Tistgħu tidħlu HAWN sabiex taċċessaw din il-petizzjoni.
Facebook / Visit Malta u Pexels