Ilbieraħ 20 ta’ Settembru 2020 seħħet attività ta’ ġbir ta’ fondi bl-isem ta’ ‘Għinuna Ngħinukom’ għall-Malta Community Chest Fund Foundation. B’aħbar tajba, l-ammont totali li nġabar fi 12-il siegħa kien dak ta’ €1,010,985!
Kaġun tar-restrizzjonijiet li ddaħħlu sabiex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-Covid-19, avvenimenti annwali li kienu jgħinu biex l-organizzazzjoni filantropika nazzjonali jkollha l-fondi meħtieġa – inklużi wħud ta’ skala kbira bħar-Rockestra u l-Fun Run – kellhom jitħassru. Għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni biex issir din l-attività.
Il-linji tad-donazzjonijiet se jibqgħu miftuħin u l-pubbliku huwa mistieden ikompli jagħmel id-donazzjonijiet tiegħu fuq dawn in-numri:
5100 2020 – €20
5190 2030 – €50
5130 2000 – €100
2126 2626 – wegħdiet ta’ donazzjonijiet ta’ €300 jew aktar
5061 9201 (SMS) – €11.65
7935 9565 – BOV Mobile Pay.
Facebook/George Vella