Ħafna Maltin qamu maħsuda hekk kif inħass terremot għall-ħabta tal-5:53am ta’ dalgħodu. Dan it-terremot kien ta’ 5.1 fuq l-Iskala Richter u nħass f’diversi lokalitajiet madwar Malta.
Jidher li t-terremot seħħ madwar 21 kilometru bogħod minn Brancaleone, f’Reggio Calabria u ftit wara seħħ terremot ieħor viċin il-Greċja ta’ 4.6 fuq l-Iskala Richter.
Diversi posts fuq Facebook minn Maltin bdew jikkonfermaw li dak li nħass kien verament terremot.
Times of Malta