Josline Camilleri hi waħda mill-personalitajiet lokali li din is-sena spikkat, u ħalliet impatt kemm fuq it-televiżjoni Malti kif ukoll fuq il-midja soċjali.
Ftit ilu kitbet messaġġ biex tesprimi kemm fissret għaliha s-sena 2025, hekk kif mill-bidu tagħh f’Jannar li għadda, bdew esperjenzi indimentikabbli għaliha waqt Big Brother Malta.
“L-2025 bidlitli ħajti ta’ taħt fuq – bl-aktar mod onest. Ħriġt mill-qoxra tiegħi, ħriġt bil-vulnerabilitajiet kollha tiegħi, u sibt lili nnifsi mill-ġdid billi skoprejt id-dinja. Il-baħar, ix-xemx, iż-żfin, il-kuluri tiegħi. Erġajt sirt inħobb il-moda, il-ġiri, saħħti, insostni ġismi, u nrawwem ir-relazzjonijiet tiegħi.”
Josline tkompli, “Fuq kollox, erġajt bnejt konnessjoni man-natura u għażilt li nkun verżjoni aħjar tiegħi nnifsi, biċ-ċirkostanzi li hemm. Ninsab profondament grata lejn l-imħabba li rċevejt – u lesta nagħti aktar, inkompli miexja u naqsam dan il-vjaġġ sabiex nispiraw lil xulxin. Grazzi 2025.”
Prosit talli dejjem tkun persuna pożittiva, ta’ ispirazzjoni u b’qalb tad-deheb għażiża Josline!