Is-sit TVM qed jirraporta li membru tal-istaff fi SkolaSajf ġo Ħal Luqa ħareġ li hu pożittiv għall-Covid-19. Skont l-istess sit, f’kuntatt li sar mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ikkonfermat il-każ u qalet li dan il-membru kellu kuntatt ma’ tliet klassijiet.
Bħalissa l-awtoritajiet tas-saħħa għaddejjin b’kuntatt mal-ġenituri tat-tfal li setgħu ġewa affettwati sabiex ikunu ttestjati għall-Covid-19. L-iskola jidher li avżat lill-ġenituri biex jieħdu ħsieb u jirrispondu t-telefon filwaqt li provdiet ukoll numru ta’ fejn il-ġenituri jistgħu jċemplu.
Google Maps