“Kapitlu 32… Tfakkira Kemm Jien Ixxurtjata Li Għandi Nisa F’Ħajti Li Jkunu Hemm…” – Josline Camilleri

Josline Camilleri

Il-personalità Maltija Josline Camilleri, li sena ilu rajnieha f’Big Brother Malta, qed tiċċelebra ġimgħa speċjali hekk kif ser tidħol f’kapitlu ġdid ta’ ħajjitha, “Kapitlu 32”.

Hi bdiet tiċċelebra dan il-jum minn nhar il-Ħadd fejn qattgħet mumenti mimlija emozzjoni u gratitudni.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, Josline qasmet kemm qalbha hija mimlija apprezzament wara sorpriża li ġiet organizzata għaliha minn oħtha u grupp ta’ ħbieb qrib tagħha.

“Il-ġimgħa ta’ għeluq snini u qalbi hi mimlija apprezzament. Għeżież tiegħi, Grazzi talli ddedikajtu l-ħin u l-enerġija tagħkom biex tissorprenduni, għall-ikel san u magħmul id-dar bl-imħabba, talli għażiltu n-natura u post daqshekk awtentiku u sabiħ, u talli ħloqtu l-aktar mumenti speċjali flimkien.”

Josline tfakkarna kemm huma importanti l-ħbiberiji sinċieri u l-mumenti sempliċi iżda mimlijin mħabba, li jagħmlu kull jum t’għeluq snina tassew speċjali.

Nawgurawlek minn qalbna Josline!







Ritratti:

Facebook/ Josline Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI